Damascus Path
  • Archives
  • April1st

    Ngħir għalik, Xmun. Ħadd ma qorob lejh daqs kemm qrobt lejh int! Bżajt xejn, Xmun? Ħaduk minn qalb il-folla u sibt ruħek terfagħlu s-salib. Għidli ftit, Xmun, kien tqil is-salib? Għidli ftit, kien imdemmi s-salib? Għidli, Xmun, illum kieku kellek tagħżel, terġa’ tidħol taħt dak is-salib? Read More | Comments

  • November23rd

    MIKESCHAIR

    Posted in: Spotlight

    L-oriġini ta’ MIKESCHAIR beda’ fl-Università ta’ Belmont, Nashville fl-2003 fil-kmamar tal-istudenti. Mike u ħabib tiegħu kienu qed jiktbu ‘song’ meta ħabbat il-bieb u daħal Jesse, introduċa lilu nnifsu u staqsa jekk jistax iġib il-vjolin u jdoqq magħhom.  Ftit ħin wara, ġara l-istess – għadda Sam waqt li kien qed isir ir-recording u daħal magħhom. Wara Sam kien jonqos xi ħadd idoqq il-bass u bi ftit kuntatti il-grupp Jon sab ruħu parti mil-grupp. L-isem MIKESCHAIR jitlob spjegazzjoni. Read More | Comments

  • November22nd

    Ħafna dan ix-xahar (li issa kważi għadda) jassoċċjawh mal-mejtin u hekk kif jgħaddi t-tieni ta’ Novembru ħafna huma dawk li filgħaxija jgħaddu saċ-ċimiterju biex iżuru l-qabar ta’ xi qarib; jagħmlulu fjuri ġodda u xi xemgħa tnemnem ma tonqosx. Darba kien hemm wieħed li wara li għadda minn fejn ċimiterju bħal daż-żmien ikkummenta li kultant jissusspetta li x’uħud jieħdu ħsieb il-qabar aktar mill-persuna nnifisha qabel mietet!

    Madankollu dan ix-xahar jibda’ b’festa importanti oħra – Jum il-Qaddisin Kollha. Dan ix-xahar ippruvajt naqra ftit fuq x’uħud minn dawn il-qaddisin u emmnuni, jekk ngħid li qaddisin hemm ħafna, inkun għadni anqas bdejt! Naħseb bħali xi darba jew oħra smajtu lil xi ħadd jitkellem fuq dan il-fatt qisu kien xi stramberija tal-knisja, xi ħaġa tat-tfal jew inkella fissazzjoni. Hemm min jikkummenta li l-Knisja saret qisha fabbrika tal-qaddisin b’kanonizzazzjoni wara l-oħra (meta nisma’ dan il-kumment f’qalbi ngħid ‘Mhux li kien!’, mhux li kien li kull min imiss b’xi mod jew ieħor mal-knisja jsir qaddis).

    Read More | Comments

  • March22nd

    Issa li ġa għadda nofs ir-Randan u dejjem qed nersqu lejn il-Ġimgha Mqaddsa, fil-Knisja jibda l-istaġun tal-purċissjonijiet – il-Via Sagra Nazzjonali, il-Purċissjoni tad-Duluri u ta’ Ħadd il-Palm, il-Viżti Tradizzjonali, il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u ħafna u ħafna attivitajiet simili li jiġbru folol kbar ta’ nies jħarsu jew jimxu wara statwa kbira. Ġieli quddiem dan kollu nisimgħu lil min jistaqsi: “Imma dawn il-purċissjonijiet għadu żmienhom illum?” “Teskludi xi eċċezzjonijiet żgħar, in-nies qegħdin kulma jmur jonqsu minn attivitajiet bħal dawn, u dawk li jiġu, kultant moħħhom ikun f’kollox barra l-imbierka purċissjoni!” Read More | Comments