Ngħir għalik, Xmun. Ħadd ma qorob lejh daqs kemm qrobt lejh int! Bżajt xejn, Xmun? Ħaduk minn qalb il-folla u sibt ruħek terfagħlu s-salib. Għidli ftit, Xmun, kien tqil is-salib? Għidli ftit, kien imdemmi s-salib? Għidli, Xmun, illum kieku kellek tagħżel, terġa’ tidħol taħt dak is-salib? Read More | Comments
- Archives
-
April1st
Ngħir għalik, Ċirinew
Posted in: Riflessjoni
-
November22nd
“The Saints are Coming…”
Posted in: Editorjal
Ħafna dan ix-xahar (li issa kważi għadda) jassoċċjawh mal-mejtin u hekk kif jgħaddi t-tieni ta’ Novembru ħafna huma dawk li filgħaxija jgħaddu saċ-ċimiterju biex iżuru l-qabar ta’ xi qarib; jagħmlulu fjuri ġodda u xi xemgħa tnemnem ma tonqosx. Darba kien hemm wieħed li wara li għadda minn fejn ċimiterju bħal daż-żmien ikkummenta li kultant jissusspetta li x’uħud jieħdu ħsieb il-qabar aktar mill-persuna nnifisha qabel mietet!
Madankollu dan ix-xahar jibda’ b’festa importanti oħra – Jum il-Qaddisin Kollha. Dan ix-xahar ippruvajt naqra ftit fuq x’uħud minn dawn il-qaddisin u emmnuni, jekk ngħid li qaddisin hemm ħafna, inkun għadni anqas bdejt! Naħseb bħali xi darba jew oħra smajtu lil xi ħadd jitkellem fuq dan il-fatt qisu kien xi stramberija tal-knisja, xi ħaġa tat-tfal jew inkella fissazzjoni. Hemm min jikkummenta li l-Knisja saret qisha fabbrika tal-qaddisin b’kanonizzazzjoni wara l-oħra (meta nisma’ dan il-kumment f’qalbi ngħid ‘Mhux li kien!’, mhux li kien li kull min imiss b’xi mod jew ieħor mal-knisja jsir qaddis).
-
September22nd
Is-Sejħa tas-Saċerdot
Posted in: Riflessjoni
Kważi kważi, tarah tant differenti minnek… liebes differenti, tant snin is-seminarju, waqt il-quddiesa joqgħod f’post differenti, ikellmuh tant nies… tiskanta li wara kollox hu bniedem bħali u bħalek. Forsi biex jgħinna niftakru f’dan, nistgħu nirringrazzjaw lil Alla li bħala patrun tal-kappillani, ma ngħażilx xi teologu, xi Papa, xi Isqof jew xi ħadd li ta xhieda b’għemil straordinarju. Għażlu lil San Ġwann Marija Vianney.
-
August10th
Teżor kbir f’raħal ċkejken
Posted in: Spotlight
Jekk tfittex ir-raħal ta’ Taizé fuq mappa, mhux ser tkunlek missjoni faċli biex issibu! Taizé huwa raħal żgħir fiċ-ċentru ta’ Franza fir-reġjun mill-isbaħ tal-Burgundija. Il-popolazzjoni tar-raħal mhix ta’ aktar minn 80 resident. Fil-fatt hemm aktar baqar milli nies residenti!
Allura wieħed jistaqsi: X’għandu daqshekk speċjali dan ir-raħal tant żgħir? Kollox beda fl-1940 meta fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, Brother Roger, kif inhu magħruf, telaq mill-Iżvizzera lejn Franza sabiex jagħti l-għajnuna tiegħu lir-refuġjati li bdew jitilqu minn djarhom lejn in-nofsinhar tal-pajjiż. Beda jwettaq il-ħidma tiegħu fir-raħal ta’ Taizé, li kien ilu bosta snin ma jkollu saċerdot residenti fil-post. Kien anqas minn għaxar snin wara li f’Taizé stess, Brother Roger beda jlaqqa’ grupp żgħażagħ li bdew jaqsmu bejniethom l-esperjenza ta’ Ġesù f’ħajjithom. Minn hemm nibtet komunità ġdida – il-Komunità ta’ Taizé. Read More | Comments
-
August10th
Duqu u Taraw…
Posted in: Riflessjoni
Ultimate confidence in the goodness of life cannot rest upon confidence in the goodness of human beings. If that is where it rests, it is an optimism which will suffer ultimate disillusionment. Romanticism will be transmuted into cynicism, as it has always been in the world’s history. The faith of a Christian is something quite different from this optimism. It is trust in God, in a good God who created a good world, though the world is not now good; in a good God, powerful and good enough finally to destroy the evil that we do and redeem us of our sins. This kind of faith is not optimism. It does not, in fact, arise until optimism breaks down and we cease to trust in ourselves that we are righteous. – Reinhold Niebuhr, “Beyond Tragedy”
Kemm inħoss li dan li qed jikteb dwaru Reinhold huwa importanti li naħsbu aktar fuqu u forsi nitkellmu aktar dwaru. Dan l-aħħar ġejt f’kuntatt ma’ wieħed li mill-ewwel qtajtu ferrieħi ħafna, anzi stħajjiltu li huwa l-buffu tal-grupp. Iddarrast ħafna imma meta t-tfaqqigħ tad-daħk tħallat mat-tfaqqigħ ta’ dagħa bis-Sinjur Alla. Meta nduna li jiena smajtu, ġie ħdejja, u bħal qisu jrid jiskuża ruħu qalli li hu mhux raġel ħażin u jagħmel ħafna karità. Knisja però ma jmurx imma lill-Madonna tal-Karmnu ‘jaduraha’. Read More | Comments

