Damascus Path
  • Archives
  • August10th

    Jekk tfittex ir-raħal ta’ Taizé fuq mappa, mhux ser tkunlek missjoni faċli biex issibu! Taizé huwa raħal żgħir fiċ-ċentru ta’ Franza fir-reġjun mill-isbaħ tal-Burgundija. Il-popolazzjoni tar-raħal mhix ta’ aktar minn 80 resident. Fil-fatt hemm aktar baqar milli nies residenti!

    Allura wieħed jistaqsi: X’għandu daqshekk speċjali dan ir-raħal tant żgħir? Kollox beda fl-1940 meta fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, Brother Roger, kif inhu magħruf, telaq mill-Iżvizzera lejn Franza sabiex jagħti l-għajnuna tiegħu lir-refuġjati li bdew jitilqu minn djarhom lejn in-nofsinhar tal-pajjiż. Beda jwettaq il-ħidma tiegħu fir-raħal ta’ Taizé, li kien ilu bosta snin ma jkollu saċerdot residenti fil-post. Kien anqas minn għaxar snin wara li f’Taizé stess, Brother Roger beda jlaqqa’ grupp żgħażagħ li bdew jaqsmu bejniethom l-esperjenza ta’ Ġesù f’ħajjithom. Minn hemm nibtet komunità ġdida – il-Komunità ta’ Taizé. Read More | Comments