Damascus Path
  • Archives
  • April1st

    Ngħir għalik, Xmun. Ħadd ma qorob lejh daqs kemm qrobt lejh int! Bżajt xejn, Xmun? Ħaduk minn qalb il-folla u sibt ruħek terfagħlu s-salib. Għidli ftit, Xmun, kien tqil is-salib? Għidli ftit, kien imdemmi s-salib? Għidli, Xmun, illum kieku kellek tagħżel, terġa’ tidħol taħt dak is-salib? Read More | Comments

  • September22nd

    Matul is-sena, nisimgħu b’ħafna films ġodda li jkunu ser joħorġu fiċ-ċinema madwar id-dinja. Il-ġeneri huma varji – hemm films li jitolbu daqsxejn ħsieb waqt li oħrajn huma ghall-gost biss, bosta huma frott ta’ kittieba kreattivi ħafna waqt li oħrajn huma addattament ta’ stejjer veri u ħajjiet ta’ nies kbar. U fost l-aktar persunaġġ li nħadmu films dwaru nsibu lil Ġesù Kristu. Aktar minn mitt sena ilu kienu ta’ spiss jinkitbu xi scripts qosra biex jinħadmu fuq xi palk quddiem il-pubbliku dwar l-aħħar ftit jiem tal-ħajja ta’ Kristu. Matul is-seklu għoxrin, u issa fil-bidu tas-seklu wieħed u għoxrin, nistgħu ngħidu li nħadmu diversi films dwar il-ħajja ta’ Ġesù. Apparti dawk il-films ibbażati fuq it-Testment il-Ġdid, insemmu wkoll dawk li jitrattaw ġrajjiet li jinsabu fit-Testment il-Qadim.

    Read More | Comments