Damascus Path
  • Archives
  • April1st

    Ngħir għalik, Xmun. Ħadd ma qorob lejh daqs kemm qrobt lejh int! Bżajt xejn, Xmun? Ħaduk minn qalb il-folla u sibt ruħek terfagħlu s-salib. Għidli ftit, Xmun, kien tqil is-salib? Għidli ftit, kien imdemmi s-salib? Għidli, Xmun, illum kieku kellek tagħżel, terġa’ tidħol taħt dak is-salib? Read More | Comments

  • September30th

    30… snin li dam jistenna sabiex jikkonverti

    24… snin fix-xena politika

    13… snin bħala kap ta’ partit politiku

    10… snin bħala mexxej ta’ pajjiż

    2… kemm ilu li kkonverta għall-Kattoliciżmu

    Ftit aktar minn sentejn ilu, Tony Blair għamel deċiżjoni importanti f’ħajtu, deċiżjoni li żgur li qalet  kontrovesja kbira fil-pajjiż tal-Ingilterra u ninsab ċert li smajna biha. Sitt xhur biss wara li Tony Blair irreżenja mill-kariga ta’ Prim Ministru, huwa żvela li kien ikkonverta għall-Kattoliciżmu minn Anglikan.

    Read More | Comments

  • September25th

    Meta tidħol fid-departure Lounge u tinnota ftit in-nies li jkunu se jtiru fuq l-istess titjira miegħek, tibda tinnota ċerti affarijiet li mingħajr ma trid jolqtuk mill-ewwel.

    Read More | Comments

  • August10th

    Jekk tfittex ir-raħal ta’ Taizé fuq mappa, mhux ser tkunlek missjoni faċli biex issibu! Taizé huwa raħal żgħir fiċ-ċentru ta’ Franza fir-reġjun mill-isbaħ tal-Burgundija. Il-popolazzjoni tar-raħal mhix ta’ aktar minn 80 resident. Fil-fatt hemm aktar baqar milli nies residenti!

    Allura wieħed jistaqsi: X’għandu daqshekk speċjali dan ir-raħal tant żgħir? Kollox beda fl-1940 meta fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, Brother Roger, kif inhu magħruf, telaq mill-Iżvizzera lejn Franza sabiex jagħti l-għajnuna tiegħu lir-refuġjati li bdew jitilqu minn djarhom lejn in-nofsinhar tal-pajjiż. Beda jwettaq il-ħidma tiegħu fir-raħal ta’ Taizé, li kien ilu bosta snin ma jkollu saċerdot residenti fil-post. Kien anqas minn għaxar snin wara li f’Taizé stess, Brother Roger beda jlaqqa’ grupp żgħażagħ li bdew jaqsmu bejniethom l-esperjenza ta’ Ġesù f’ħajjithom. Minn hemm nibtet komunità ġdida – il-Komunità ta’ Taizé. Read More | Comments