Damascus Path
  • Archives
  • November22nd

    Ħafna dan ix-xahar (li issa kważi għadda) jassoċċjawh mal-mejtin u hekk kif jgħaddi t-tieni ta’ Novembru ħafna huma dawk li filgħaxija jgħaddu saċ-ċimiterju biex iżuru l-qabar ta’ xi qarib; jagħmlulu fjuri ġodda u xi xemgħa tnemnem ma tonqosx. Darba kien hemm wieħed li wara li għadda minn fejn ċimiterju bħal daż-żmien ikkummenta li kultant jissusspetta li x’uħud jieħdu ħsieb il-qabar aktar mill-persuna nnifisha qabel mietet!

    Madankollu dan ix-xahar jibda’ b’festa importanti oħra – Jum il-Qaddisin Kollha. Dan ix-xahar ippruvajt naqra ftit fuq x’uħud minn dawn il-qaddisin u emmnuni, jekk ngħid li qaddisin hemm ħafna, inkun għadni anqas bdejt! Naħseb bħali xi darba jew oħra smajtu lil xi ħadd jitkellem fuq dan il-fatt qisu kien xi stramberija tal-knisja, xi ħaġa tat-tfal jew inkella fissazzjoni. Hemm min jikkummenta li l-Knisja saret qisha fabbrika tal-qaddisin b’kanonizzazzjoni wara l-oħra (meta nisma’ dan il-kumment f’qalbi ngħid ‘Mhux li kien!’, mhux li kien li kull min imiss b’xi mod jew ieħor mal-knisja jsir qaddis).

    Read More | Comments

  • September22nd

    Kważi kważi, tarah tant differenti minnek… liebes differenti, tant snin is-seminarju, waqt il-quddiesa joqgħod f’post differenti, ikellmuh tant nies… tiskanta li wara kollox hu bniedem bħali u bħalek. Forsi biex jgħinna niftakru f’dan, nistgħu nirringrazzjaw lil Alla li bħala patrun tal-kappillani, ma ngħażilx xi teologu, xi Papa, xi Isqof jew xi ħadd li ta xhieda b’għemil straordinarju. Għażlu lil San Ġwann Marija Vianney.

    Read More | Comments

  • March22nd

    Issa li ġa għadda nofs ir-Randan u dejjem qed nersqu lejn il-Ġimgha Mqaddsa, fil-Knisja jibda l-istaġun tal-purċissjonijiet – il-Via Sagra Nazzjonali, il-Purċissjoni tad-Duluri u ta’ Ħadd il-Palm, il-Viżti Tradizzjonali, il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u ħafna u ħafna attivitajiet simili li jiġbru folol kbar ta’ nies jħarsu jew jimxu wara statwa kbira. Ġieli quddiem dan kollu nisimgħu lil min jistaqsi: “Imma dawn il-purċissjonijiet għadu żmienhom illum?” “Teskludi xi eċċezzjonijiet żgħar, in-nies qegħdin kulma jmur jonqsu minn attivitajiet bħal dawn, u dawk li jiġu, kultant moħħhom ikun f’kollox barra l-imbierka purċissjoni!” Read More | Comments