Damascus Path
  • Featured Content
  • January11th

    Dawn kienu l-kliem li Neil Armstrong qal hekk kif niżżel saqajh għall-ewwel darba fuq il-qamar. L-ewwel pass tiegħu kien wieħed żgħir u inċert. Il-gravità tal-qamar, dik is-suit li kien liebes; kollox kien ġdid u differenti għalih u għalhekk l-ewwel pass tiegħu kien wieħed pjuttost fl-għama. Imma dak il-pass żgħir li forsi għal xi wħud deher insinifikanti (ħdejn il-passi mimlijin entużjażmu li ġew wara ) kien il-pass li beda’ paġna ġdida fl-istorja tal-bniedem.

    Read More

  • December24th

    Ta’ spiss ninqabad nagħmel l-istess żball. Għandi vizzju nara l-aħbarijiet waqt li nkun qed niekol. Żball u vizzju, għax l-ewwel nett naf li l-aħjar hu kif jgħidu bl-Ingliż: one thing at a time u allura jew niekol jew nara l-aħbarijiet. Ħażin ukoll għax meta nkun qed niekol xi ħaġa li tiftaħli l-aptit ikolli bżonn u mhux xi ħaġa li taqtagħli l-aptit!

    U meta l-aħbarijiet jibdew ġejjin waħda wara waħda: dmija, konflitti, karozzi bomba, inċidenti tat-traffiku, mewt u traġediji, tiġini l-mistoqsija, speċjalment fi żmien bħal dan ta’ qabel il-Milied jew l-Għid: imma l-miġja ta’ Ġesù x’differenza għamlet lill-bniedem?! Read More

  • November23rd

    MIKESCHAIR

    Posted in: Spotlight

    L-oriġini ta’ MIKESCHAIR beda’ fl-Università ta’ Belmont, Nashville fl-2003 fil-kmamar tal-istudenti. Mike u ħabib tiegħu kienu qed jiktbu ‘song’ meta ħabbat il-bieb u daħal Jesse, introduċa lilu nnifsu u staqsa jekk jistax iġib il-vjolin u jdoqq magħhom.  Ftit ħin wara, ġara l-istess – għadda Sam waqt li kien qed isir ir-recording u daħal magħhom. Wara Sam kien jonqos xi ħadd idoqq il-bass u bi ftit kuntatti il-grupp Jon sab ruħu parti mil-grupp. L-isem MIKESCHAIR jitlob spjegazzjoni. Read More

  • November22nd

    Ħafna dan ix-xahar (li issa kważi għadda) jassoċċjawh mal-mejtin u hekk kif jgħaddi t-tieni ta’ Novembru ħafna huma dawk li filgħaxija jgħaddu saċ-ċimiterju biex iżuru l-qabar ta’ xi qarib; jagħmlulu fjuri ġodda u xi xemgħa tnemnem ma tonqosx. Darba kien hemm wieħed li wara li għadda minn fejn ċimiterju bħal daż-żmien ikkummenta li kultant jissusspetta li x’uħud jieħdu ħsieb il-qabar aktar mill-persuna nnifisha qabel mietet!

    Madankollu dan ix-xahar jibda’ b’festa importanti oħra – Jum il-Qaddisin Kollha. Dan ix-xahar ippruvajt naqra ftit fuq x’uħud minn dawn il-qaddisin u emmnuni, jekk ngħid li qaddisin hemm ħafna, inkun għadni anqas bdejt! Naħseb bħali xi darba jew oħra smajtu lil xi ħadd jitkellem fuq dan il-fatt qisu kien xi stramberija tal-knisja, xi ħaġa tat-tfal jew inkella fissazzjoni. Hemm min jikkummenta li l-Knisja saret qisha fabbrika tal-qaddisin b’kanonizzazzjoni wara l-oħra (meta nisma’ dan il-kumment f’qalbi ngħid ‘Mhux li kien!’, mhux li kien li kull min imiss b’xi mod jew ieħor mal-knisja jsir qaddis).

    Read More

  • November22nd

    Many associate this month, now almost over, with those people who have passed on before us; and as soon as the second of November goes by many start visiting the resting place of relatives and loved ones alike – people set fresh flowers, and candles are never lacking. There was once a guy who cynically commented that during this period some individuals take more care of the gravesite than of the deceased while still alive!

    However this month also starts off with another important feast: All Saints’ Day. I’ve tried to read up on saints this particular month and believe you me – if I tell you there’re a lot of saints, it’d be a serious understatement! I think that you’ve probably heard, like I have, someone talking about this fact as if it were an oddity of the Church, something for the kids or otherwise some kind of weird obsession. There are even those who comment that the Church has become a Saint-factory, with one canonisation after the next… (When I actually hear this reflection I always appeal to myself with an “If only!”; if only everyone who came into contact with the Church became saintly!).

    Read More

  • October8th

    9781586171513

    L-istorja wara dan il-ktieb tibda meta Peter Seewald kiteb artiklu dwar il-Kardinal Ratzinger li fih attakkah fuq diversi temi differenti. Mal-publikazzjoni tal-artiklu, diversi qarrejja Kattoliċi kitbulu lura u qalulu biex imur jiltaqa’ mal-persuna li kien qed jikteb dwarha… u hekk għamel – Ir-riżultat kienu żewġ intervisti li ġew ippubblikata f’żewġ kotba, Salt of the Earth u God and the World. Barra minn hekk, din il-laqgħa, jew serje ta’ laqgħat, li kellu mal-Papa wassluh biex jirritorna għall-Fidi Kattolika, u jgħid li Ratzinger kien dak li għallmu xi tfisser ‘to swim against the stream’. Read More

  • September30th

    30… snin li dam jistenna sabiex jikkonverti

    24… snin fix-xena politika

    13… snin bħala kap ta’ partit politiku

    10… snin bħala mexxej ta’ pajjiż

    2… kemm ilu li kkonverta għall-Kattoliciżmu

    Ftit aktar minn sentejn ilu, Tony Blair għamel deċiżjoni importanti f’ħajtu, deċiżjoni li żgur li qalet  kontrovesja kbira fil-pajjiż tal-Ingilterra u ninsab ċert li smajna biha. Sitt xhur biss wara li Tony Blair irreżenja mill-kariga ta’ Prim Ministru, huwa żvela li kien ikkonverta għall-Kattoliciżmu minn Anglikan.

    Read More

  • September25th

    Meta tidħol fid-departure Lounge u tinnota ftit in-nies li jkunu se jtiru fuq l-istess titjira miegħek, tibda tinnota ċerti affarijiet li mingħajr ma trid jolqtuk mill-ewwel.

    Read More

  • September22nd

    At around this time of the year, a lot of people annually rekindle their relationship with their favourite TV show. Apart from all the other new shows born, many await only the next step in their favourite character’s storyline. Everyone’s taste is catered for – from comedy shows to cliffhangers, thrillers to reality shows. And that is why millions of people around the globe can be found in front of their TV set cheering their hero on.

    “Superman resonates with everyone because he’s an amalgamation of the legends  we’ve loved for 5,000 years. He’s Moses, Hercules, Icarus, and Jesus Christ all  rolled up inside an American flag. He’s the greatest fictional character of our  time.”

    Read More

  • September22nd

    Kull sena, bħal daż-żmien, ħafna nies jerġgħu jġeddu l-appuntament tagħhom mas-serje favorita tagħhom fuq it-TV. Barra l-ħafna serje ġodda li jibdew, ħafna jkunu qed jistennew biex jaraw kif se tkompli l-istorja tal-karattru favorit tagħhom. Hemm għall-gosti ta’ kulħadd – serje komiċi, oħrajn ta’ avventura, ‘thrillers’, u ‘reality shows’. U għalhekk miljuni ta’ nies kull filgħaxija jintasbu quddiem is-sett tat-televixin isegwu l-eroj favorit tagħhom.

    Read More