Damascus Path

April3rd

No Comments

Min jaf kemm-il darba ħarġet din il-mistoqsija fis-Sinedriju u fil-kuriduri tal-Palazz ta’ Pilatu. Għal xi raġuni jew oħra dan Ġesù kien problema wisq kbira. Issa kien wasal il-mument li din il-mistoqsija tingħata tweġiba darba għal dejjem, u t-tweġiba kienet waħda semplici – jekk għandna problema rridu naraw kif neħilsu minnha. U hekk għamlu, jekk tal-inqas hekk kien mingħalihom.


Min jaf fil-jiem li għaddew kemm-il darba smajniha l-istorja tal-passjoni. X’uħud minnha forsi attendew għal xi pagaent jew inkella għal xi waħda mill-ħafna purcissjonijiet li jsiru f’pajjiżna. L-istorja nafuha sewwa. Imma tajjeb li wkoll li niftakru li din l-istorja għada għaddejja u inti u jiena karattri importanti ħafna f’din il-ġrajja. Bħal Pilatu u s-Sinedrija aħna wkoll qed niġu affaccati b’din il-mistoqsija kbira – X’Se Nagħmlu b’dan Ġesù?

http://www.vimeo.com/7804437

No Comments

No comments yet.

RSS feed for comments on this post.

Sorry, the comment form is closed at this time.