Damascus Path

January11th

No Comments

Dawn kienu l-kliem li Neil Armstrong qal hekk kif niżżel saqajh għall-ewwel darba fuq il-qamar. L-ewwel pass tiegħu kien wieħed żgħir u inċert. Il-gravità tal-qamar, dik is-suit li kien liebes; kollox kien ġdid u differenti għalih u għalhekk l-ewwel pass tiegħu kien wieħed pjuttost fl-għama. Imma dak il-pass żgħir li forsi għal xi wħud deher insinifikanti (ħdejn il-passi mimlijin entużjażmu li ġew wara ) kien il-pass li beda’ paġna ġdida fl-istorja tal-bniedem.

YouTube Preview Image

Min jaf dakinhar tat-trażmissjoni, kemm nies inġabru għand dawk il-ftit li kellhom televixin biex jaraw dik l-istampa mhux tant ċara ta’ raġel libes suit bajda jimxi fuq il-qamar. Minn dakinhar ‘l-hawn, il-bniedem niżel diversi drabi oħra fuq il-qamar. Mhux hekk biss, anzi beda jibni stazzjon spazjali, bagħat diversi robots fuq Mars u għadd kbir ta’ unmanned vehicles li jibagħtu ħafna informazzjoni lura fid-dinja. Dak il-pass żgħir fuq il-qamar ispira tant nies biex iħarsu lil hinn mil-limiti tagħhom u jaslu biex jagħmlu l-pass li jmiss.

Fil-bidu ta’ sena ġdida ħafna huma dawk li jagħmlu l-proponimenti tagħhom biex isiru aħjar. Ħafna jħarsu lura lejn is-sena li tkun għaddiet u jaraw x’inhuma dawk il-ħwejjeġ li setgħu jagħmlu. Uħud minn dawn il-propoinmenti, madanakollu, jispiċċaw eżerċizzji biex nitilfu ftit mill-piż żejjed jew deċiżjonijiet li jolqtu d-dehra tagħna, iżda numru mdaqqas ta’ nies jieħdu dan l-eżerċizzju bis-serjetà biex tassew itejbu lilhom infushom. M’ilux kont qed naqra blog li kien qed jitkellem fuq il-propoinmenti tal-bidu tas-sena u xi ħadd ħalla comment u qal li meta jħares lejn is-snin li għaddew tant kien hemm affarijiet li rranġa li ma kienx jaf minn fejn se jaqbad jibda’. U hawn nerġa’ lura għall-pass ta’ Neil Armstrong, pass żgħir għal persuna waħda imma pass kbir jekk wieħed iżomm f’moħħu t-tifsira tiegħu. L-istess il-proponimenti tal-bidu tas-sena. Uħud minnhom jistgħu jidhru qatra żgħira f’oċean kbir, imma ejjew inżommu f’moħħna li kull oċean huwa magħmul minn ħafna qtar żgħar u kull pass żgħir ’il quddiem li tagħmel f’ħajtek huwa qabża kbira fl-istorja ta’ ħajtek – il-paċi miegħek.

No Comments

No comments yet.

RSS feed for comments on this post.

Sorry, the comment form is closed at this time.