Damascus Path
  • Spotlight
  • January11th

    No Comments

    In-numru ta’ films li joħorġu kull sena huwa kbir u għalkemm hemm numru kbir minnhom li jekk tagħsarhom ma ssibx sugu (uħud minn dawn huma dawk li jagħmlu l-aktar suċċess), madankollu jekk inħarsu lura lejn l-2009 insibu numru ta’ films li tassew kienu tajbin mhux biss bħala espressjoni artistika imma anke bħala ispirazzjoni għal kull min jarahom. Xi wħud minnhom żgur smajtu bihom bħal UP, l-aħħar proġett tal-kumpanija Pixar, iżda jista’ jkun li ħafna ma semgħux b’films bħal Captain Abu Raed. Read More | Comments

  • November23rd

    No Comments

    MIKESCHAIR

    Posted in: Spotlight

    L-oriġini ta’ MIKESCHAIR beda’ fl-Università ta’ Belmont, Nashville fl-2003 fil-kmamar tal-istudenti. Mike u ħabib tiegħu kienu qed jiktbu ‘song’ meta ħabbat il-bieb u daħal Jesse, introduċa lilu nnifsu u staqsa jekk jistax iġib il-vjolin u jdoqq magħhom.  Ftit ħin wara, ġara l-istess – għadda Sam waqt li kien qed isir ir-recording u daħal magħhom. Wara Sam kien jonqos xi ħadd idoqq il-bass u bi ftit kuntatti il-grupp Jon sab ruħu parti mil-grupp. L-isem MIKESCHAIR jitlob spjegazzjoni. Read More | Comments

  • September30th

    No Comments

    30… snin li dam jistenna sabiex jikkonverti

    24… snin fix-xena politika

    13… snin bħala kap ta’ partit politiku

    10… snin bħala mexxej ta’ pajjiż

    2… kemm ilu li kkonverta għall-Kattoliciżmu

    Ftit aktar minn sentejn ilu, Tony Blair għamel deċiżjoni importanti f’ħajtu, deċiżjoni li żgur li qalet  kontrovesja kbira fil-pajjiż tal-Ingilterra u ninsab ċert li smajna biha. Sitt xhur biss wara li Tony Blair irreżenja mill-kariga ta’ Prim Ministru, huwa żvela li kien ikkonverta għall-Kattoliciżmu minn Anglikan.

    Read More | Comments

  • September25th

    No Comments

    Meta tidħol fid-departure Lounge u tinnota ftit in-nies li jkunu se jtiru fuq l-istess titjira miegħek, tibda tinnota ċerti affarijiet li mingħajr ma trid jolqtuk mill-ewwel.

    Read More | Comments

  • September22nd

    No Comments

    Matul is-sena, nisimgħu b’ħafna films ġodda li jkunu ser joħorġu fiċ-ċinema madwar id-dinja. Il-ġeneri huma varji – hemm films li jitolbu daqsxejn ħsieb waqt li oħrajn huma ghall-gost biss, bosta huma frott ta’ kittieba kreattivi ħafna waqt li oħrajn huma addattament ta’ stejjer veri u ħajjiet ta’ nies kbar. U fost l-aktar persunaġġ li nħadmu films dwaru nsibu lil Ġesù Kristu. Aktar minn mitt sena ilu kienu ta’ spiss jinkitbu xi scripts qosra biex jinħadmu fuq xi palk quddiem il-pubbliku dwar l-aħħar ftit jiem tal-ħajja ta’ Kristu. Matul is-seklu għoxrin, u issa fil-bidu tas-seklu wieħed u għoxrin, nistgħu ngħidu li nħadmu diversi films dwar il-ħajja ta’ Ġesù. Apparti dawk il-films ibbażati fuq it-Testment il-Ġdid, insemmu wkoll dawk li jitrattaw ġrajjiet li jinsabu fit-Testment il-Qadim.

    Read More | Comments

  • August10th

    1 Comment

    Jekk tfittex ir-raħal ta’ Taizé fuq mappa, mhux ser tkunlek missjoni faċli biex issibu! Taizé huwa raħal żgħir fiċ-ċentru ta’ Franza fir-reġjun mill-isbaħ tal-Burgundija. Il-popolazzjoni tar-raħal mhix ta’ aktar minn 80 resident. Fil-fatt hemm aktar baqar milli nies residenti!

    Allura wieħed jistaqsi: X’għandu daqshekk speċjali dan ir-raħal tant żgħir? Kollox beda fl-1940 meta fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, Brother Roger, kif inhu magħruf, telaq mill-Iżvizzera lejn Franza sabiex jagħti l-għajnuna tiegħu lir-refuġjati li bdew jitilqu minn djarhom lejn in-nofsinhar tal-pajjiż. Beda jwettaq il-ħidma tiegħu fir-raħal ta’ Taizé, li kien ilu bosta snin ma jkollu saċerdot residenti fil-post. Kien anqas minn għaxar snin wara li f’Taizé stess, Brother Roger beda jlaqqa’ grupp żgħażagħ li bdew jaqsmu bejniethom l-esperjenza ta’ Ġesù f’ħajjithom. Minn hemm nibtet komunità ġdida – il-Komunità ta’ Taizé. Read More | Comments

  • August10th

    1 Comment

    HOME

    Posted in: Spotlight

    Id-dar… x’jiġik f’moħħok meta tisma’ din il-kelma: dar? Id-dizzjunarji jgħidu li d-dar hi l-post fejn toqgħod. Imma d-dar mhix biss post. Hi ħafna iktar minn hekk, forsi għax hemm ħafna emozzjonijiet marbutin magħha. Li tħossok ‘at home’ ma tfissirx li dħalt fil-post fejn tiekol, torqod, tinħasel u tagħmel xi ftit xogħol… imma għandha tifsira ta’ serħan, imħabba, libertà, ftuħ il-qalb… Jekk ħwejjeġ bħal dawn ikunu nieqsa, jista’ jkun li nħossu lilna nfusna iktar ‘at home’ barra mid-dar!

    Read More | Comments

  • August10th

    No Comments

    Erbatax-il sena ilu, grupp ta’ studenti minn Greenville College, f’Illinois ħarġu single li mingħajr ma kienu jafu kellha tbiddlilhom ħajjithom. Fi ftit ġimgħat, is-single ‘Flood’ ta’ Jars of Clay telgħet fil-quċċata tal-klassifika, kemm Kristjana kif ukoll dik kontemporanja. Hawn beda żmien ta’ suċċess li kompla sal-ġurnata tal-lum.

    Read More | Comments

  • August10th

    No Comments

    Kull nhar ta’ Ħadd fis-6 pm, fil-parrocca tal-Assunzjoni, fin-naħa ta’ fuq ta’ Manhattan issir quddiesa animata minn jazz trio. Il-membri huma Peter Hartmann (id-direttur tal-Jazz Mass li huwa wkoll kompożitur, kantant u bassist), Jeremy Manasia (pjanist) and Roberto Franquiz (drummer).

    Read More | Comments