Damascus Path
  • Librerija
  • March11th

    No Comments

    City of Joy

    Posted in: Librerija

    Wara staġun bla xita, familji sħaħ ta’ bdiewa kienu spiċċaw bla flus u Hasari Pal, it-tifel il-kbir ta’ waħda mill-familji żżewweġ u telaq biex jgħix fuq roqgħa ta’ bankina f’Kalkutta. Biex taqla’ 10 rupees, ekwivalenti ta’ xi 15-il ċenteżmu, bintu tat ġisimha għall-prostituzzjoni. Fis-slums kienu joqogħdu eluf u kull kmajra kienet tieħu xi ħmistax-il ruħ. L-arja mniġġsa mill-kubrit. Siġar u fjuri ma jeżistux. L-uniċi għasafar: l-isqra. Mard li bilkemm nisimgħu bih fostna: il-lebbra, it-tuberkulożi, id-disenterija u dak ikkawżat min-nuqqas ta’ vitamini u minerali joqtol mijiet kuljum. Read More | Comments

  • October8th

    No Comments

    9781586171513

    L-istorja wara dan il-ktieb tibda meta Peter Seewald kiteb artiklu dwar il-Kardinal Ratzinger li fih attakkah fuq diversi temi differenti. Mal-publikazzjoni tal-artiklu, diversi qarrejja Kattoliċi kitbulu lura u qalulu biex imur jiltaqa’ mal-persuna li kien qed jikteb dwarha… u hekk għamel – Ir-riżultat kienu żewġ intervisti li ġew ippubblikata f’żewġ kotba, Salt of the Earth u God and the World. Barra minn hekk, din il-laqgħa, jew serje ta’ laqgħat, li kellu mal-Papa wassluh biex jirritorna għall-Fidi Kattolika, u jgħid li Ratzinger kien dak li għallmu xi tfisser ‘to swim against the stream’. Read More | Comments

  • May8th

    No Comments

    prayer-and-common-sense-207x300

    Ħafna kotba ssibilhom ‘Daħla’ jew ‘Introduzzjoni’. Minn din, ħafna drabi, tista’ tieħu idea tal-kontenut tal-ktieb. Issib kotba dwar it-t-talb, dwar id-direzzjoni spiritwali, il-qdusija, il-vokazzjoni, l-Ewkaristija, il-qrar, l-imħabba u aspetti oħra tal-ħajja nisranija li lkoll jintroduċu t-tema fl-‘Introduzzjoni’ tagħhom. Għalkemm il-ktieb ‘Prayer and Common Sense’ fih introduzzjoni wkoll, jiena nqis lil dan il-ktieb bħal introduzzjoni għall-ħajja nisranija kollu kemm hu. Fil-fatt, fih jolqot fuq fuq lit-temi kollha li semmejt diġà fil-bidu ta’ dan l-artiklu. Read More | Comments