Damascus Path
  • Editorjal
  • April3rd

    No Comments

    Min jaf kemm-il darba ħarġet din il-mistoqsija fis-Sinedriju u fil-kuriduri tal-Palazz ta’ Pilatu. Għal xi raġuni jew oħra dan Ġesù kien problema wisq kbira. Issa kien wasal il-mument li din il-mistoqsija tingħata tweġiba darba għal dejjem, u t-tweġiba kienet waħda semplici – jekk għandna problema rridu naraw kif neħilsu minnha. U hekk għamlu, jekk tal-inqas hekk kien mingħalihom.

    Read More | Comments

  • March11th

    No Comments

    Issa li r-randan għaddej ġmielu, ħafna minnha sabu l-ħin biex jattendu xi tip ta’ eżercizzi spiritwali. Forsi x’uħud anke sabu dak il-ktieb biex jakkumpanjahom matul dan iż-żmien ukoll u mhux l-ewwel darba li xi ħadd minn sħabek jibgħatlek xi email b’xi presentation jew video marbut mar-randan. Filfatt ftit tal-jiem ilu ircevejt email b’link għal video fuq YouTube b’diskors li Steve Jobs, CEO tal-Apple Inc., għamel fl-okkażjoni tal-Gradwazzjoni tal-istudenti ta’ Stanford. Huwa diskors imdawwar mal-esperjenzi li għadda minnhom matul ħajtu u kif il-ħajja kienet l-ikbar għalliema għalih. Għall-ewwel ma stajtx nifhem għaliex is-subject tal-email kien ‘Ħsieb għal dan ir-Randan’. Imma għalkemm Jobs mhux nisrani u d-diskors tiegħu ma kienx xi tip ta’ eżercizzi spiritwali, imma meta bniedem ikun spiritwali (huwa jgħix l-ispiritwalità Zen) ma jista’ jagħmel xejn ħlief li jaqsam minn dak li qalbu hi mimlija.

    Read More | Comments

  • February16th

    No Comments

    La wasal ir-Randan qablu jasal ukoll il-karnival. Kostumi, maskri, floats, karrijiet, perlini u prinjolati kemm trid. Dak li kien diskuss b’mod qawwi fil-gazzetti dwar ic-censura fil-bidu tas-sena kien se jkun suġġett ukoll għal dan il-karnival. Il-preżenza tal-pulizija u l-għassa fuq x’jiġi milbus u x’jiġi kantat fil-karnival beda jberraq fl-imħuħ ta’ dawk li l-ħin kollu jeqirdu bl-għajta ta’: għandna dritt naħsbu, ngħidu u nagħmlu lil rridu. Read More | Comments

  • January11th

    No Comments

    Dawn kienu l-kliem li Neil Armstrong qal hekk kif niżżel saqajh għall-ewwel darba fuq il-qamar. L-ewwel pass tiegħu kien wieħed żgħir u inċert. Il-gravità tal-qamar, dik is-suit li kien liebes; kollox kien ġdid u differenti għalih u għalhekk l-ewwel pass tiegħu kien wieħed pjuttost fl-għama. Imma dak il-pass żgħir li forsi għal xi wħud deher insinifikanti (ħdejn il-passi mimlijin entużjażmu li ġew wara ) kien il-pass li beda’ paġna ġdida fl-istorja tal-bniedem.

    Read More | Comments

  • November22nd

    No Comments

    Ħafna dan ix-xahar (li issa kważi għadda) jassoċċjawh mal-mejtin u hekk kif jgħaddi t-tieni ta’ Novembru ħafna huma dawk li filgħaxija jgħaddu saċ-ċimiterju biex iżuru l-qabar ta’ xi qarib; jagħmlulu fjuri ġodda u xi xemgħa tnemnem ma tonqosx. Darba kien hemm wieħed li wara li għadda minn fejn ċimiterju bħal daż-żmien ikkummenta li kultant jissusspetta li x’uħud jieħdu ħsieb il-qabar aktar mill-persuna nnifisha qabel mietet!

    Madankollu dan ix-xahar jibda’ b’festa importanti oħra – Jum il-Qaddisin Kollha. Dan ix-xahar ippruvajt naqra ftit fuq x’uħud minn dawn il-qaddisin u emmnuni, jekk ngħid li qaddisin hemm ħafna, inkun għadni anqas bdejt! Naħseb bħali xi darba jew oħra smajtu lil xi ħadd jitkellem fuq dan il-fatt qisu kien xi stramberija tal-knisja, xi ħaġa tat-tfal jew inkella fissazzjoni. Hemm min jikkummenta li l-Knisja saret qisha fabbrika tal-qaddisin b’kanonizzazzjoni wara l-oħra (meta nisma’ dan il-kumment f’qalbi ngħid ‘Mhux li kien!’, mhux li kien li kull min imiss b’xi mod jew ieħor mal-knisja jsir qaddis).

    Read More | Comments

  • September22nd

    1 Comment

    Kull sena, bħal daż-żmien, ħafna nies jerġgħu jġeddu l-appuntament tagħhom mas-serje favorita tagħhom fuq it-TV. Barra l-ħafna serje ġodda li jibdew, ħafna jkunu qed jistennew biex jaraw kif se tkompli l-istorja tal-karattru favorit tagħhom. Hemm għall-gosti ta’ kulħadd – serje komiċi, oħrajn ta’ avventura, ‘thrillers’, u ‘reality shows’. U għalhekk miljuni ta’ nies kull filgħaxija jintasbu quddiem is-sett tat-televixin isegwu l-eroj favorit tagħhom.

    Read More | Comments

  • August10th

    No Comments

    Magnus!

    Posted in: Editorjal

    Kemm-il darba smajna lil xi ħadd li minn qalb folla ċċapċap, b’entużjażmu liema bħalu jgħajjat din il-kelma. U mhux talli hekk, talli normalment isegwu numru ta’ ilħna oħra li jingħaqdu f’kor ta’ tifħir quddiem statwa tiżżegleg fuq spallejn nofs tużżana rġiel. Min jaf x’jgħaddi minn moħħ il-bosta turisti li wara ġurnata xemx u mixi jipiċċaw fil-qalba tal-festa tar-raħal.

    Imma għaliex jghajtu ‘Magnus”? Għaliex jistħoqqlu t-titlu ta’ ‘Il-Kbir’? Għaliex inqegħdu xbieha ta’ bniedem bħalna fuq pedestal? U xi jfisser dak l-imbierek pedestal?! Għax kultant meta nitkellmu fuq il-qaddisin qisna nkunu qed nitkellmu fuq faxxa speċjali ta’ bnedmin, nies li jeċċellaw f’kollox u mingġajr difetti ta’ xejn. Qisu tiġihom naturali li jgħixu l-Evanġelju daqskemm għalina hi naturali li tiekol u li torqod. U hekk il-ġrajjiet tal-qaddisin jigu jixbħu aktar l-epiċi tal-eroj leġġendarji u inqas ħajjiet ta’ bnedmin. Ġrajjiet mimlijin għeġubijiet, ‘effetti speċjali’ u mirakli. Nies li l-ebda diffikultà ma’ taqtalhom qalbhom u li jirbħu kull ostaklu li jsibu quddiemhom. Dak l-imbierek pedestal qisu qiegħed hemm biex jifridna, biex ifakkarna li aħna qatt mhu se nilħqu l-livell tal-Magnus. U fil-Verità ma nistghux inkunu aktar żbaljati. Read More | Comments

  • May3rd

    No Comments

    Min jaf kemm-il darba qrajna novelli jew rajna films fejn wieħed mill-karattri prinċipali jkollu pjan li fl-aħħar jisfa fix-xejn u fuq fommu sieket, l-uniċi kliem li jlissen ikunu dawk.

    Biss dan ma jiġrix fid-dinja tal-finzjoni biss. Għalkemm forsi ma ngħidux dan l-istess kliem, min jaf kemm-il darba għadda minn moħħna. Għax aħna lkoll moħħna jiġri bina u għal kull ħaġa li tiġri f’ħajjitna, f’moħħna nkunu ġa fassalna l-kumplament tal-istorja; bħal meta ġenituri jaraw lil uliedhom jiġġebdu biex jilħqu l-istetoskopju tat-tabib, u f’moħħhom jibdew iħammu x’tip ta’ tabib se jilħaq la jikber. Moħħna jiġri bina, u meta dak li noħolmu u dak li fil-fatt jiġri ma jaqblux, insibu rwieħna ntennu dawk il-kliem.

    Read More | Comments

  • March22nd

    No Comments

    Issa li ġa għadda nofs ir-Randan u dejjem qed nersqu lejn il-Ġimgha Mqaddsa, fil-Knisja jibda l-istaġun tal-purċissjonijiet – il-Via Sagra Nazzjonali, il-Purċissjoni tad-Duluri u ta’ Ħadd il-Palm, il-Viżti Tradizzjonali, il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u ħafna u ħafna attivitajiet simili li jiġbru folol kbar ta’ nies jħarsu jew jimxu wara statwa kbira. Ġieli quddiem dan kollu nisimgħu lil min jistaqsi: “Imma dawn il-purċissjonijiet għadu żmienhom illum?” “Teskludi xi eċċezzjonijiet żgħar, in-nies qegħdin kulma jmur jonqsu minn attivitajiet bħal dawn, u dawk li jiġu, kultant moħħhom ikun f’kollox barra l-imbierka purċissjoni!” Read More | Comments