Damascus Path
  • Featured Content
  • April21st

    I envy you, Simon! No one got as close to Him as you did. Were you afraid, Simon? They abducted you from the crowd and you found yourself carrying his cross. Tell me, Simon, was it heavy? Tell me, how bloody? Tell me, Simon – if you could choose again, would you step under the cross one more time? Read More

  • April3rd

    Min jaf kemm-il darba ħarġet din il-mistoqsija fis-Sinedriju u fil-kuriduri tal-Palazz ta’ Pilatu. Għal xi raġuni jew oħra dan Ġesù kien problema wisq kbira. Issa kien wasal il-mument li din il-mistoqsija tingħata tweġiba darba għal dejjem, u t-tweġiba kienet waħda semplici – jekk għandna problema rridu naraw kif neħilsu minnha. U hekk għamlu, jekk tal-inqas hekk kien mingħalihom.

    Read More

  • April1st

    Ngħir għalik, Xmun. Ħadd ma qorob lejh daqs kemm qrobt lejh int! Bżajt xejn, Xmun? Ħaduk minn qalb il-folla u sibt ruħek terfagħlu s-salib. Għidli ftit, Xmun, kien tqil is-salib? Għidli ftit, kien imdemmi s-salib? Għidli, Xmun, illum kieku kellek tagħżel, terġa’ tidħol taħt dak is-salib? Read More

  • March11th

    The number of films produced each year is a large one, and although many contain virtually no squeezable essence (some of which become Blockbuster-level sellers), nevertheless a look back on 2009 rewards us with a revelation of several films which were indeed great; not only as artistic expressions, but also as an inspiration to their audiences. Some you have certainly heard of – like UP, Pixar’s latest production, but possibly not so many have heard of films like Captain Abu Raed.
    Read More

  • March11th

    City of Joy

    Posted in: Librerija

    Wara staġun bla xita, familji sħaħ ta’ bdiewa kienu spiċċaw bla flus u Hasari Pal, it-tifel il-kbir ta’ waħda mill-familji żżewweġ u telaq biex jgħix fuq roqgħa ta’ bankina f’Kalkutta. Biex taqla’ 10 rupees, ekwivalenti ta’ xi 15-il ċenteżmu, bintu tat ġisimha għall-prostituzzjoni. Fis-slums kienu joqogħdu eluf u kull kmajra kienet tieħu xi ħmistax-il ruħ. L-arja mniġġsa mill-kubrit. Siġar u fjuri ma jeżistux. L-uniċi għasafar: l-isqra. Mard li bilkemm nisimgħu bih fostna: il-lebbra, it-tuberkulożi, id-disenterija u dak ikkawżat min-nuqqas ta’ vitamini u minerali joqtol mijiet kuljum. Read More

  • March11th

    Is-Salib

    Posted in: Riflessjoni

    Sinjal tar-rebħa tas-sema u mhux rebħa fuq l-art!

    Ftit xhur ilu kienet qamet kwistjoni madwar id-dinja kollha dwar il-kurċifiss. Kien żmien fejn ħafna tkellmu kontra d-deċiżjoni li kienet qed tiġi studjata dwar jitneħħiex jew le il-kurċifiss mill-klassijiet fl-iskejjel. Kien mument fejn ħafna ħassewhom mhedda, oħrajn iddispjaċuti, oħrajn lestew għall-ġlied. Għalija kien mument ta’ grazzja. Kien żmien li fih kulħadd kellu l-okkażjoni biex jirrifletti xi jfisser il-kurċifiss għalih u meta tara mexxejja ta’ reliġjonijiet ¦oħra jitkellmu favur il-kurċifiss u kontra d-deċiżjoni li kienet qed tittieħed, jien deherli li kien il-mument fejn madwar id-dinja, is-salib kien qiegħed jingħata verament l-istatus ta’ simbolu rebbieħ. Read More

  • March11th

    Issa li r-randan għaddej ġmielu, ħafna minnha sabu l-ħin biex jattendu xi tip ta’ eżercizzi spiritwali. Forsi x’uħud anke sabu dak il-ktieb biex jakkumpanjahom matul dan iż-żmien ukoll u mhux l-ewwel darba li xi ħadd minn sħabek jibgħatlek xi email b’xi presentation jew video marbut mar-randan. Filfatt ftit tal-jiem ilu ircevejt email b’link għal video fuq YouTube b’diskors li Steve Jobs, CEO tal-Apple Inc., għamel fl-okkażjoni tal-Gradwazzjoni tal-istudenti ta’ Stanford. Huwa diskors imdawwar mal-esperjenzi li għadda minnhom matul ħajtu u kif il-ħajja kienet l-ikbar għalliema għalih. Għall-ewwel ma stajtx nifhem għaliex is-subject tal-email kien ‘Ħsieb għal dan ir-Randan’. Imma għalkemm Jobs mhux nisrani u d-diskors tiegħu ma kienx xi tip ta’ eżercizzi spiritwali, imma meta bniedem ikun spiritwali (huwa jgħix l-ispiritwalità Zen) ma jista’ jagħmel xejn ħlief li jaqsam minn dak li qalbu hi mimlija.

    Read More

  • March11th

    These were the words uttered by Neil Armstrong as his foot touched the surface of the moon for the very first time. The Moon’s gravity, the astronaut suit; everything was new and different – it was pretty much a blind step forward. But that small step that is now maybe insignificant to some (next to enthusiastic steps which followed after) started off a new page in the history of mankind.

    Read More

  • February16th

    La wasal ir-Randan qablu jasal ukoll il-karnival. Kostumi, maskri, floats, karrijiet, perlini u prinjolati kemm trid. Dak li kien diskuss b’mod qawwi fil-gazzetti dwar ic-censura fil-bidu tas-sena kien se jkun suġġett ukoll għal dan il-karnival. Il-preżenza tal-pulizija u l-għassa fuq x’jiġi milbus u x’jiġi kantat fil-karnival beda jberraq fl-imħuħ ta’ dawk li l-ħin kollu jeqirdu bl-għajta ta’: għandna dritt naħsbu, ngħidu u nagħmlu lil rridu. Read More

  • January11th

    In-numru ta’ films li joħorġu kull sena huwa kbir u għalkemm hemm numru kbir minnhom li jekk tagħsarhom ma ssibx sugu (uħud minn dawn huma dawk li jagħmlu l-aktar suċċess), madankollu jekk inħarsu lura lejn l-2009 insibu numru ta’ films li tassew kienu tajbin mhux biss bħala espressjoni artistika imma anke bħala ispirazzjoni għal kull min jarahom. Xi wħud minnhom żgur smajtu bihom bħal UP, l-aħħar proġett tal-kumpanija Pixar, iżda jista’ jkun li ħafna ma semgħux b’films bħal Captain Abu Raed. Read More